Lokali Saħħa

Dalgħodu fil-Qorti tkompli l-kawża kontra l-Vitals

Dalgħodu fil-Qorti se tkompli l-kawża li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex tliet Sptarijiet li l-Gvern ta lill-privat jerġgħu lura għand il-poplu.

Dan il-każ għaddej fid-dell ta’ għadd ta’ skandli oħra għall-Gvern Laburista, bil-Kap tal-Oppożizzjoni jinnota kif għal darb’oħra, Muscat qed jipprova jaħrab il-ġudizzju tal-Qorti għax li kien għalih, ma jidhirx quddiemha.

Wara li fl-Ewwel Qorti ġie stabbilit li l-Prim Ministru għandu jkun parti minn din il-kawża, Muscat fetaħ l-appell biex jipprova jdawwar dik id-deċiżjoni.

L-Oppożizzjoni qed ittenni li l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jerġgħu lura għand il-poplu wara li jkun iddikjarat null il-kuntratt li l-Gvern għamel mal-Vitals Global Healthcare.