– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li bl-emendi li qed jitressqu fil-liġi dwar id-drogi sintetiċi se tingħata daqqa kbira lit-traffikanti tad-droga iżda ma jfissirx li se tissolva l-problema.
Fil-parlament Mario Galea qal li d-designer drugs ikun fihom anki traċċi ta’ velenu tal-ġrieden u min joħloqhom jimmodifikhom biex jevita l-liġi.
Hu kompla li din il-liġi se tagħti daqqa ta’ ħarta kbira lit-traffikanti tad-droga li jġibu l-qerda fil-pajjiż iżda mhux se ssolvi l-problema.
Il-persuni li jabbużaw minn dan id-drogi lanqas biss ikunu jafu l-effetti li jkunu se jħalluhom. Ħafna minn dawn id-drogi huma manifatturati fiċ-Ċina.
Mario Galea semma l-effetti ta’ dawn id-drogi fosthom effetti fuq il-moħħ, ansjetà, paniku, paranoja severa, dipressjonali, immaġinazzjonijiet, smiegħ ta’ ilħna, psikożi u riskju ta’ suwiċidju.
//= $special ?>