Lokali

Iċ-ckejken Kane operat illum

Kane Debattista, iċ-ċkejken li seraq qlub il-Maltin u l-Għawdxin, illum isirlu l-intervent li għalih tela’ l-Ingilterra.

Kane, li għandu tlett snin, ser issirlu operazzjoni bħala ġarti mill-kura għal tumur li nstablu fil-kliewi u fil-fwied.

It-tfajjel irċieva kura f’Malta iżda issa kellu bżonn ukoll kura fl-Ingilterra.

Il-familja ta’ Kane sabet is-sapport ta’ Puttinu Cares kif ukoll appoġġ mill-MAlta Football Association li kienet nediet skema ta’ ġbir ta’ fondi mill-biljetti tal-grawnd.

Kane huwa sapporter kbir tat-tim Floriana FC, i’da l-istorja tiegħu ġibdet is-simpatija ta’ kulħad inkluż ta’ bosta timijiet tal-footbal li tul l-aħħar jiem bgħatu messaġġi ta’ kuraġġ lil Kane u l-familja tiegħu.