Lokali Parlament

Id-drogi modifikati b’effetti fuq il-moħħ se jkunu llegali awtomatikament

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li permezz tal-emendi fil-liġi dwar il-Professjoni Medika, id-drogi sistentiċi li junu modifikati jkunu dikjarati llegali awtomatikament.

Fil-parlament Claudio Grech qal li l-Oppożizzjoni hi favur b’saħħa l-emendi mressqa dwar ir-realtà tad-droga sintetika fil-pajjiż. L-imwiet madwar id-dinja qed jiżdiedu b’rata xokkanti fejn hemm pajjiżi jqisu d-droga sintetika bħala epidemija għaliex din għandha impatt enormi fuq il-pajjiż.

Hu semma’ l-mod kif ir-Renju Unit kien daħħal liġi bħal dik li qed titressaq f’Malta biex sustanzi mhux kodifikati li għandhom effetti fuq il-moħħ, ikunu awtomatikament sustanzi illegali. Il-problema ewlenija hi waħda ta’ edukazzjoni u komunikazzjoni; l-impatt tal-bidliet li qed isiru mhux żgħir.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-liġi se tagħlaq l-abbuż li jkun hemm modifikazzjonijiet fid-droga sistentiċi. Il-mira ewlenija għal dawn id-droga huma ż-żgħażagħ, min ikun fi problemi soċjali bi dħul baxx u lill-persuni vulnerabbli.