Wara l-kundanni minn għadd ta’ għaqdiet u organizzazzjonijet kif ukoll mill-Oppożizzjoni, issa mess lill NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar li ħarġet sqarrija iebsa ta’ kunanna fil-konfront ta’ dan il-ftehim.
Fl-istqarrija tagħha, l-FAA tikkundanna l-mod preferenzjali u diskriminatroju kif din l-art tal-Maltin qed tingħata lil spekulaturi b’detriment serju għal poplu Malti.
Huma qalu li dan il-ftehim iqajjem dubji serji dwar kif proġett li kellu jkun purament żvilupp turistiku issa sar wieħed fil-maġġor parti tiegħu residenzjali u li għal dan il-għan iridu jinbidlu l-liġijiet tal-ippjanar.
L-FAA tmur pass iktar u tistqasi fuq liema bażi jinbidlu liġijiet tal-planning biex jakkomodaw biss l-interessi ta’ xi wħud. Tistaqsi wkoll fejn se jieqaf il-bejgħ tal-art tal-poplu.
Intant fi stqarrija li ħarġu l-Grupp Corinthia, huma qalu li l-kuntratt huwa purament dwar l-iżvilupp ta’ 100 tomna art li tagħhom il-Grupp diġa għandha drittijiet ta’ pussess.
Il-grupp qal li l-viżwali li ntużaw fuq il-media mhumiex dawk maħruġa mill-grupp u li dawk it-12 il torri b’massimu ta’ 21 sular kienu fil-fatt pjanijiet li kienu ġew ikkunsudrati meta kienu qed jiġu analizzati l-possibiltajiet ta’ żvilupp.
Fl-istess stqarrija l-grupp irrefera għall klawżola dwar ir-reklamazzjoni tal-art, u qalu li huma m’għandhomx intenzjoni li jagħmlu użu minn din il-konċessjoni…madankollu, il-grupp ma qalx li hemm il-ħsieb li titneħħa din il-klawżola.
L-Oppożizzjoni għadha qed tistenna r-reazzjoni tal-Gvern għat-talba tagħha biex din il-materja tkun diskussa bl-akbar urġenza fil-Parlament.
//= $special ?>

