Internazzjonali

Attakk terroristiku fuq lukanda f’Nairobi

Grupp ta’ aggressuri armati, fil-preżent, qegħdin jattakkaw il-kumpless ta’ lukanda lussuża f’Najrobi, il-belt kapitali tal-Kenja. It-terroristi tal-grupp al-Shabab (ibbażat fis-Somalja) qed jieħdu responsabbiltà għal dan l-attakk iżda ma taw l-ebda dettalji.

Qegħdin jinstemgħu l-isparaturi u splużjonijiet fil-kumpless li jinsab fid-distrett tal-Westland — li, fost oħrajn, jinkorpora l-lukanda DusitD2, flimkien ma’ diversi uffiċini. Dan fost rapporti li talanqas erba’ irġiel armati jinsabu ġewwa il-kumpless.

Fil-preżent in-nies qegħdin jabbandunaw is-sit tal-inkwiet taħt l-iskorta ta’ pulizija armati.

Filwaqt li hemm numru ta’ karozzi qegħdin jaqbdu fis-sit tal-parkeġġ qrib il-lukanda ma daħlu l-ebda rapporti dwar vittmi potenzjali.

Id-distrett tal-Westlands jinsab qrib ħafna tal-hub kummerċjhali ta’ Najrobi

Il-grupp al-Shabab tal-militanti Iżlamiċi qed jiġġieled kontra l-Gvern tas-Somalja iżda din mhix l-ewwel darba li t-terroristi wettqu attakki fil-Kenja u bnadi oħra fl-Afrika tal-Lvant.