Numru ta’ pazjenti kellhom jitwasslu mill-qraba wara li ħames vjaġġi tal-ambulanzi tal-emerġenza ġew ikkanċellati.
Dan ġie rrapportat mis-sit onlajn ta’ Newsbook fejn ingħad li ġew ordnati direttivi mill-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers. Ġie spjegat ukoll kawża ta’ dan is-servizz tal-ambulanzi kien qed jaħdem bil-mod wisq, fejn waqgħu lura madwar siegħa bl-arloġġ.
Sors qrib is-sit Newsbook żvela li fid-direttiva l-UĦM ordnat lill-membri tagħha sabiex ma joħorġu bl-ambulanza biss jekk ikunu akkumpanjati minn infermiera. Ġie spjegat ukoll li dawn id-direttivi jorbtu mal-istess każ li kien seħħ lura f’Novembru dwar il-leave.
Dawn id-direttivi ġew estiżi għall-membri tal-ĠWU ukoll.
B’reazzjoni il-Mangement ta’ Mater Dei qabbad operatur privat sabiex iħaddem l-ambulanzi minflok ix-xufiera impjegati mal-isptar. Jidher li din kienet mossa bi sfida diretta lejn is-sewwieqa tal-ambulanzi, sempliċiment għax mxew mad-direttivi tal-unions.
//= $special ?>


