Lokali

Jintlaqat minn vettura f’Birkirkara

Raġel minn Birkirkara kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18.45 fi Triq Dun Filippu Borg f’Birkirkara stess hekk kif għal xi raġuni l-vittma ta’ 78 sena ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena minn Birkirkara wkoll.

Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.