Kurżitajiet Lokali

Kemmuna mhux għall-bejgħ – Benjamin Tabone Grech

Jekk kont qed titħajjar tagħmel offerta għall-propjetà fuq Kemmuna li ġiet reklamata fl-aħħar sigħat fuq sit ta’ agenzija tal-propjetà, se jkollok terġa taħsibha.

Reklam li deher fuq is-sit tal-aġenzija Engel & Volkers poġġa għall-bejgħ is-sit fejn bħal;issa hemm lukanda u kumpless ta’ bungalows fuq Kemmuna għall-prezz ta’ €100 miljun.

Iżda r-reklam tniżżel ftit tal-ħin u kelliema għall-aġenzija spjegaw kif dan ma kien xejn ħlief żball.

Benjamin Tabone Grech, tkellem ma’ netnews.com.mt f’isem l-aġenzija, u qal kif impjegata ġdida kienet qed taħdem fuq is-sit tal-aġenzija bi skop ta’ taħriġ meta ħolqot reklam fittizju li bi żball ippubblikat fuq is-sit.

Hu saħaq li dan kien żball ġenwin u li la l-aġenzija u lanqas is-sidien tal-propjetà ma taw xi tip ta’ awtorizzazzjoni għar-reklamar ta’ dan is-sit. Hu qal li Kemmuna mhux għall-bejgħ.