Lokali Parlament

Kontradizzjoni – Il-gvern kontra d-drogi sintetiċi u favur il-leġalizzazzjoni tal-kannabis u drogi oħra

– Edwin Vassallo, PN

Il-Gvern ikun kontradittorju jekk idaħħal id-drogi kannabis għal skop rikreattiv u fl-istess waqt jilleġiżla biex jikkontrolla d-drogi sintentiċi.

Dan sostnih fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo li tkellem dwar l-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’każi ta’ droga u qal li kienet l-UE li riedet armonizzazzjoni b’liġijiet komuni għall-pajjiżi kollha beix ikun hemm liġi komuni.

L-UE ma baqgħetx indifferenti għall-problema tad-droga, sostna Edwin Vasallo, li tratta d-diffikultajiet tal-pulizija biex jaqbdu lit-traffikanti.

Hu sellem lill-entiajiet li jaħdmu kontra l-kultura tad-droga u qal li anki l-Ministru tal-Intern qed jririkonoxxi l-gravità tal-problema. Fl-istess waqt il-gvern erqed iħejji biex jilleġiżla l-kannabis għal skop rikreattiv.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ż-żgħażagħ se kunu offruti d-droga b’mod rikreattiv u sostna li din se tkun kontradizjzoni mal-liġi li qed iressaq il-gvern.