Sport Sport Ieħor

L-aħwa Williams fit-tieni rawnd tal-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Serena Williams bdiet il-mixja tagħha biex tipprova tirbaħ l-24 Grand Slam fil-karriera hekk kif għaddiet għat-tieni rawnd tal-Open tal-Awstralja b’rebħa fuq Tatjana Maria. L-Amerikana ta’ 37 sena rebħet 6-0, 6-2 f’49 minuta fir-Rod Laver Arena.

Oħtha Venus tħabtet biex eliminat lil Mihaela Buzarnescu 6-7, 7-6, 6-2. Ir-Rumena kellha s-service meta kienet 5-3 minn fuq fit-tieni set, iżda l-Amerikana ta’ 38 sena salvat il-logħba biex spiċċat rebbieħa. Fir-rawnd li jmiss tilgħab kontra l-Franċiża Alize Cornet.

Simona Halep evitat li tkun is-sid numru wieħed tad-dinja li tkun eliminata għal sentejn fl-ewwel rawnd. Hi għelbet lil Kaia Kanepi 6-7, 6-4, 6-2 f’logħba missielta. Din ir-rebħa serviet ta’ tpattija hekk kif Halep kienet eliminata minn Kanepi fl-Open tal-Istati Uniti. Fir-rawnd li jmiss it-tennista ta’ 27 sena tilgħab kontra Sofia Kenin.

Daria Kasatkina saret l-ewwel tennista seeded fl-ewwel għaxra li kienet eliminata. Hi kienet megħluba 6-3, 6-0 minn Timea Bacsinszky f’55 minuta. Naomi Osaka tal-Ġappun bdiet b’rebħa ta’ 6-4, 6-2 fuq Magda Linette, filwaqt li Elina Svitolina għelbet lil Viktorija Golubic 6-1, 6-2.