Futbol Sport

Sitt plejers mill-Kampjonat Premier sospiżi logħba

(Ritratt: Matthew Tabone)

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda sitt plejers logħba wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-plejers huma Terence Agius ta’ Birkirkara, Daren Falzon ta’ Tarxien Rainbows, Ishaya Jalo ta’ Pietà Hotspurs, Kevaughn Atkinson ta’ St. Andrews, Nii Nortey Ashong ta’ Sliema Wanderers u Steve Borg ta’ Valletta.

Agius u Jalo se jitilfu l-konfront bejn Birkirkara u Pietà Hotspurs, Daren Falzon u Atkinson mhux se jilagħbu l-logħba bejn Tarxien Rainbows u St. Andrews, Ashong se jitlef il-konfront ta’ Sliema Wanderers kontra Floriana u Steve Borg mhux se jilgħab il-logħba importanti ta’ Valletta kontra Hibernians.