Grupp ta’ immigranti ġew salvati mill-awtoritajiet Torok qrib il-gżejjer Griegi hekk kif il-mewġ tal-immigrazzjoni tissokta anke f’dawn il-jiem ta’ riħ qawwi u maltemp.
Skont rapporti fil-media Torka, jidher illi l-Gwardja tal-Kosta tellgħet katavru ta’ tifla mill-baħar illi allegatament kienet ukoll parti minn dan il-grupp. It-tifla mietet fil-vjaġġ li kien qed isir lejn il-kontinent Ewropew. Hi kellha biss 4 snin.
Ir-rapporti qed jindikaw li l-immigranti kienu abbord dinghy li beda dieħel fih l-ilma. Il-grupp ta’ 40 immigrant kien jinkludi wkoll numru ta’ tfal.
//= $special ?>