Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras mistenni jirbaħ il-vot ta’ fiduċja ta’ għada fil-Parlament wara li kiseb l-appoġġ ta’ deputat li kisirha minn mal-partit tiegħu (To Potami) fl-Oppożizzjoni u li għandu jaċċerta lil Tsipras mill-vot finali li jeħtieġ biex ikompli jmexxi pajjiżu.
Tsipras sejjaħ il-vot ta’ fiduċja wara r-riżenja ta’ Panos Kammenos minn Ministru tad-Difiża u tal-Partit tiegħu (tal-lemin) għall-Griegi Indipendenti mill-Gvern. Ir-riżenji kienu dovuti għall-ftehim għat-tmiem tal-kwistjoni bejn il-Greċja u l-Maċedonja (eks-repubblika Jugoslava) rigward l-isem tal-aħħar pajjiż.
Il-Parlament f’Ateni, bħalissa, għaddej b’dibattitu u l-vot ta’ fiduċja fil-Prim Ministru mistenni għal għada bil-lejl.
Tsipras qal li lest isejjaħ elezzjoni bikrija fil-Greċja f’każ li jfalli minn maġġoranza ta’ 151 vot.
//= $special ?>

