Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ llum b’mod unanimu ddikjara l-fiduċja u l-appoġġ tiegħu lill-Kap tal-Partit Adrian Delia filwaqt li kkundanna bl-aktar mod kategoriku l-attakki kkordinati u malizzjużi li qed isiru kontra tiegħu u kontra l-partit.
Fost materji oħra diskussi l-Kunsill Amministrattiv approva wkoll numru ta’ kandidati ġodda għall-kunsilli Lokali ta’ Mejju li ġej.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, fi stqarrija għall-media wara l-laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv l-Erbgħa filgħaxija, qal li permezz ta’ din l-istqarrija ċara, unanima u inekwivoka, “mil-lum ‘il quddiem, business as usual għall-Partit Nazzjonalista”.
Clyde Puli temm jisħaq li l-organi kollha tal-PN jitlaqqgħu regolarment, u ġieli anki skont in-neċessità bħalma għamel il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista jumejn fuq il-Milied, sabiex tiġi diskussa kwanlunkwe materja.
//= $special ?>