Lokali

Edward Scicluna ukoll ifarfar milli jwieġeb dwar il-bejgħ tal-isptarijiet għal €1

Il-Ministru tal-Ekonomija Edward Scicluna qed ifarfar mir-responsabbiltà dwar il-ftehim li ffirma l-Ministru Konrad Mizzi għall-biegħ ta’ 3 sptarijiet pubbliċi – sptarijiet li għaddew mill-Vitals għal għand Steward Healthcare għal ewro wieħed biss.

Mistoqsi għal iktar minn darba, il-Ministru Edward Scicluna ħarab milli jwieġeb u ddikjara li mhux se jitkellem fuq dan il-każ.