OVERSEAS………….. 7 FALCONS…………… 48
Wara li tilfu 43-41 kontra Stompers ġimgħa qabel, Falcons ħarġu determinati biex jirbħu t-tieni logħba tagħhom. Huma marru fil-vantaġġ wara biss tliet minuti bi try ta’ Liam Scicluna u conversion ta’ Brendan Dalton.
Id-dominanza ta’ Falcons wasslet biex fetħu vantaġġ komdu ta’ 26-0 sas-26 minuta. Ernest Degabriele skorja t-tieni try tal-logħba fis-17-il minuta, bil-plejer Brendan Dalton jagħmel l-iskor 21-0 bi try u żewġ conversions. Liam Scicluna skorja t-tieni try personali, liema vantaġġ żammewh sa tmiem l-ewwel taqsima.
It-tieni taqsima baqgħet fuq l-istess ritmu b’Falcons ikomplu jiddominaw il-logħba. Martin Barbara u Brian Sussingham komplew ikabbru l-vantaġġ b’żewġ tries oħra sal-ewwel 11-il minuta tat-tieni 40 minuta.
Overseas kellhom perjodi li bdew ikollhom ftit kontroll iżda ma setgħux ikunu perikolużi biżżejjed. Il-pressjoni kontinwa ta’ Falcons bdiet tisforza lil Overseas biex iwettqu l-iżbalji. Brendan Dalton għamilhom 43-0 bi try u conversion fit-63 minuta, b’Gaston Perez finalment jiskorja l-ewwel try u conversion għal Overseas erba’ minuti wara. Andrè Galea għamel l-iskor finali 48-7 fl-74 minuta.
//= $special ?>