Kienet deskritta bħala suċċess l-operazzjoni li għadda minnha iċ-ċkejken Kane Debattista, li seraq qlub il-Maltin u l-Għawdxin.
Kane, li għandu tlett snin, saritlu operazzjoni bħala ġarti mill-kura għal tumur li nstablu fil-kliewi u fil-fwied, bil-qraba tiegħu jgħidu li l-operazzjoni kienet ta’ suċċess u Kane qam bi tbissima fuq wiċċu. Ħbieb tal-familja rringrazzjaw lil kull min wera solidarjetà u ta l-għajnuna tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.
It-tfajjel kien diġa’ irċieva kura f’Malta iżda issa kellu bżonn ukoll kura fl-Ingilterra.
Il-familja ta’ Kane sabet is-sapport ta’ Puttinu Cares kif ukoll appoġġ mill-Malta Football Association li kienet nediet skema ta’ ġbir ta’ fondi mill-biljetti tal-grawnd.
Kane huwa sapporter kbir tat-tim Floriana FC, iżda l-istorja tiegħu ġibdet is-simpatija ta’ kulħadd inkluż ta’ bosta timijiet tal-footbal li tul l-aħħar jiem bagħtu messaġġi ta’ kuraġġ lil Kane u l-familja tiegħu.
//= $special ?>