Futbol Sport

Imut l-eks difensur ta’ Hibernians Salvu Gatt

(Ritratt: Hibs Ultras - Malta)

Tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aqwa difensuri tal-futbol lokali fis-snin 60 u 70 Salvu Gatt. Imwieled fl-1943, Gatt beda jilgħab ma’ Little Rainbows ta’ Ħal Tarxien fl-1959/60 iżda sena wara ngħaqad ma’ Hibernians fejn dam magħhom sal-1970.

Matul dan il-perjodu, Gatt rebaħ ma’ Hibernians il-kampjonat fl-1966/67, l-FA Trophy u s-Sons of Malta Cup fl-1969/70 u l-Cassar Cup fl-1962/63. Hu temm il-karriera ma’ Little Rainbows fl-1972.

Mat-tim nazzjonali, Salvu Gatt lagħab 10 partiti mat-tim nazzjonali Malti tal-Amateurs, madankollu l-qofol tal-karriera tiegħu kienu l-partiti mit-Tazza taċ-Champions kontra Manchester United u Real Madrid. Fiż-żewġ okkażjonijiet f’pajjiżna, Hibernians kienu spiċċaw fi draw ta’ 0-0. Fis-snin 60 hu kien lagħab ukoll kontra Atletico Madrid.

Net Sports jagħti l-kondoljanzi lill-familja Gatt.