L-istilla ta’ Houston Rockets James Harden skorja 57 punt kontra Memphis Grizzlies biex waqqaf rekord fl-era moderna tal-NBA li tal-anqas skorja 30 punt fi 17-il logħba konsekuttiva. B’hekk hu kiser ir-rekord ta’ 16-il logħba ta’ Kobe Bryant li kien għamel ma’ Los Angeles Lakers fl-istaġun 2002/03.
Harden kiser dan ir-rekord sa nofs il-logħba meta kien diġà skorja 36 punt. Din kienet it-tielet darba f’dan l-istaġun li l-plejer ta’ 29 sena skorja tal-anqas 50 punt f’logħba.
Hu fosthom skorja sitt three-pointers u 17 mit-18-il free throw li kellu u ħareġ mill-court fost iċ-ċapċip tal-pubbliku. “Ir-rebħa kienet importanti. Irrid nistrieħ ftit biex inkun lest għal-logħba li jmiss,” qal Harden wara l-logħba.
Din is-sensiela hi l-itwal waħda minn meta l-leġġendarju Wilt Chamberlain kien għamel 30 punt jew aktar għal 20 logħba konsekuttiva fl-1964. Dan qabel mal-American Basketball Association ingħaqdet man-National Basketball Association fl-1967.
//= $special ?>