Ħadd ma weġġa’ serjament meta dalgħodu sfronda saqaf ta’ dar fiż-Żejtun. L-inċident seħħ fi Triq il-Ħelsien għall-ħabta tal-10.00am.
Mill-informazzjoni li għandna jidher li s-saqaf sfronda meta kien qiegħed isir xogħol ta’ kostruzzjoni, u mill-krejn waqa’ xi materjal fuq is-saqaf tad-dar ta’ biswit dik fejn kienu qed isiru x-xogħlijiet.
Għalkemm persuna kienet involuta fl-inċident, jidher li din ma ġarrbitx ġrieħi serji. Persuni li minn fuq il-post qalulna li waqa’ xi kantun u kisser xi xorok.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u ambulanza minn Mater Dei.
//= $special ?>