Tkompli tikber is-saga tal-isptarijiet wara li l-Viċi Prim Ministru Chris Fearne kkundanna lill-Ministru Konrad Mizzi, li nnegozja l-bejgħ tat-tliet sptarijiet. Dan meta Chris Fearne kkonferma mal-midja li se jwaqqaf il-ftehim ta’ Konrad Mizzi, li bih il-kumpanija Technoline kienet ingħatat id-dritt esklussiv tal-procurement għat-tliet sptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
NetNews ħa l-kummenti ta’ numru ta’ Deputati dwar din il-mossa ta’ Fearne, b’ħafna minnhom jaħarbu milli jwieġbu.
U l-Ministru Evarist Bartolo qal li ma jafx fuq xiex qed nitkellmu… Il-Whip tal-grupp Parlamentari tal-Gvern Byron Camilleri akkuzana li qed nagħlqulu t-triq biex jidħol fil-Parlament
Intant, Carmelo Abela ma naqasx milli jiċħad jekk li l-isptarijiet inbiegħu għal Euro wieħed biss… b’numru ta’ deputati min-naħa tal-Gvern anzi jsostnu li dan il-bejgħ kien wieħed tajjeb.
Adrian Delia it-Tlieta reġa’ mar il-Qorti biex jirrappreżenta lin-nies bl-aħjar mod fil-każ li hu fetaħ kontra l-Vitals biex dan il-ftehim jiġi ddikjarat null u t-tliet sptarijiet jingħataw lura lill-poplu.
Madankollu b’dawn il-kummenti jixhdu li d-deputati tal-Gvern qed jaqblu ma’ dan il-ftehim, bi tliet sptarijiet ittieħu mill-pubbliku.
//= $special ?>