Lokali Saħħa

Kuritur fl-Isptar Mater Dei mibdul f’ward

Mill-ġdid pazjenti fil-kurituri fl-Isptar Mater Dei. Dan hekk kif Netnews jista’ jiżvela li kuridur li jinsab ħdejn il-parking tal-istaff f’Mater Dei, qed jintuża bħala ward għall-pazjenti.

Wara li l-Isptar Mater Dei qed jintlaqat minn żieda qawwija ta’ pazjenti minħabba li ninsabu fix-xhur kesħin tax-Xitwa, u l-influwenza kompliet tgholli rasha….kuritur f’level -1 spiċċa nbidel f’ward mil-lejl għan-nhar – ward komplut bis-sodod biex ikunu jistgħu jiġu rikoverati aktar pazjenti.

Filmati esklussivi li waslu ghand dan l-istazzjoni juru kif dan il-kuritur ġie rranġat ftit tal-ġranet ilu sabiex jakkomoda lil dawn il-pazjenti minħabba li l-Gvern ma hasibx ghal pjan ta’ kontingenza.

L-Erbgħa filgħodu tpoġġew ukoll barriers temporanji f’dan l-istess kuritur, filwaqt li bieb ieħor ġie mbarrat kompletament min-naħa ta’ wara. Preżenti qed ikun hemm ukoll security 24 siegħa kuljum.

Il-kuritur li jinsab mimli bil-pazjenti….biswit il-parkegg ta’ Mater Dei…issemma Major Incident Unit.

Iżda jekk wieħed jahseb li din hija manuvra temporanja…sejjer zball. Dan ghaliex spiċċat saret anke spiża ghal sistema ta’ ċirkolazzjoni tal-arja fejn tpoġġew planki u makkinarju apposta ħalli l-arja f’dan il-kuritur tkun tista’ ddur. Ovvjament, minħabba li l-post ma kienx maħsub biex fih jilqa’ l-pazjenti.

Intant, membri tar-Red Cross it-Tlieta kellhom jitervjenu sabiex jagħtu servizz bil-vetturi tagħhom minhabba d-direttivi fit-taqsima tal-ambulanzi. Dan wara li l-unions ordnaw lill-membri sabiex joħorġu bl-ambulanza biss jekk ikunu akkumpanjati minn infermiera. Dawn id-direttivi kienu jorbtu mal-każ li kien seħħ lura f’Novembru dwar il-leave.

Wara diversi taħdidiet id-direttivi issa ġew irtirati peress li l-kwistjoni kwazi giet riżolta.