L-aħwa Keith u Kurt Camilleri ħallew impressjoni tajba fil-provi li saru lbieraħ fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Adria, tant li mistennija jerġgħu jitilgħu fil-futur qrib. Huma kienu mistiedna għal provi mat-tim Lamborgini fejn saqu l-karozzi tal-kategorija Super Trofeo, b’karozza li għandha chassis Dallara u magna Lamborghini b’saħħa ta’ 620BHP.
Is-sewwieqa Maltin kienu taħt superviżjoni professjonali tat-tim Lamborghini. Iċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Adria hu twil 2.7 kilometri u jinsab fir-reġjun ta’ Veneto fin-naħa ta’ fuq tal-Italja.
L-aħwa Camilleri huma fost l-aktar sewwieqa promettenti bħalissa. Keith Camilleri għadu kif rebaħ il-kampjonat lokali tal-hillclimb organizzat mill-Island Car Club, filwaqt li Kurt Camilleri spiċċa fuq il-podju waqt il-hillclimb Masters f’Gubbio. Huma jsuqu ma’ Camilleri Racing Team li hu mmexxi minn missierhom Hubert Camilleri li fil-karriera tiegħu rebaħ il-kampjonat lokali tal-hillclimb għal 13-il darba.
//= $special ?>