Sport Sport Ieħor

Nadal u Federer javvanzaw għat-tielet rawnd f’Melbourne

(Ritratt: EPA)

Rafael Nadal għadda għat-tielet rawnd tal-Open tal-Awstralja b’rebħa komda fuq l-Awstraljan Matthew Ebden. L-Ispanjol rebbieħ ta’ 17-il Grand Slam, rebaħ f’Melbourne 6-3, 6-2, 6-2. Nadal qed jittama li jsir l-ewwel tennist fl-era miftuħa li jirbaħ l-erba’ Grand Slams tal-anqas darbtejn. Nadal li għandu 32 sena jilgħab kontra Alex de Minaur wara rebħa missielta ta’ 6-4, 6-2, 6-7, 4-6, 6-3 fuq Henri Laaksonen.

Roger Federer tħabat ftit iżda ħareġ rebbieħ 7-6, 7-6, 6-3 kontra l-Britanniku Dan Evans. L-għoxrin darba rebbieħ ta’ Grand Slam jilgħab kontra Taylor Frinz fit-tielet rawnd.

Is-sid numru ħamsa Kevin Anderson kien eliminat wara li spiċċa megħlub mill-Amerikan Frances Tiafoe. Anderson li wasal sal-finali ta’ Wimbledon is-sena l-oħra, rebaħ l-ewwel set 6-4 iżda ż-żagħżugħ issielet biex rebaħ it-tliet sets ta’ wara 6-4, 6-4, 7-5.

F’logħba oħra, Marin Cilic għeleb lil Mackenzie McDonald 7-5, 6-7, 6-4, 6-4. Il-Kroat sid numru sitta, tħabat fl-ewwel parti tal-logħba iżda wera l-kwalità tiegħu kontra l-Amerikan.