L-Oppożizzjoni għadha qed tistenna r-reazzjoni tal-Gvern għat-talba tagħha biex tkun diskussa l-art li ser tingħata għal żvilupp lill-grupp Corinthia
Tkellimna mal-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar fejn qalilna li t-Tnejn l-Oppożizzjoni kellha konferma li kien se jiltaqa’ l-Kumitat tal-Verifika dwar din l-art f’San Ġiljan… madankollu t-Tlieta d-deputati Nazzjonalista f’dan il-kumitat irċivew email li l-laqgħa li fiha kien se jittieħed vot, ġiet posposta.
L-Oppożizzjoni ġa ħarġet posizzjoni ċara kontra dan l-iżvilupp fid-dawl ukoll kif art li kważi tiswa biljun ewro, qed tinbiegħ bi prezz baxx. Infatti il-PN talab li ssir seduta speċjali fil-plenarja fuq dan, talba biex issid diskussjoni denja fuq il-bejgħ ta’ din l-art.
Intant il-Gvern bil-posponiment tal-laqgħa ttawwal iż-żmien meta ser tissejjaħ din is-seduta.
Fl-istess Kumitat tal-Verifika l-Oppożizzjoni hija rappreżentata wkoll mid-deputati Mario De Marco u Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>