– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo aopella lill-Gvern imur fil-parlament bil-ħidma li qed issir biex ir-raħħala u l-bdiewa ma jinqerdux.
Fl-Aġġornament Edwin Vassallo tkellem dwar is-settur tar-raħħala u qal li dan hu settur li sejjer għall-qatla għax is-settur tat-trobbija tal-majjali qed imut ftit ftit wara tant snin jopera. Is-settur agrikolu wkoll jinsab fi stat ta’ emerġenza fejn l-1,000 bidwi li fadal huma l-aħħar bdiewa li fadal għaliex uliedhom mhux se jkomplu jaħdmu fil-biedja għax mhux sostenibbli.
Fi żmien sitt snin is-sitwazzjoni se tkun xi kriżi iżda hadd m’hu jagħti każ għaliex il-poplu qed jikkonsma prodotti importati. Il-gvern qed jiddikjara li għalih dan is-settur hu insinifikanti meta għas-saħħa tal-famlji, il-prodott frisk hu l-aqwa.
Anki l-produtturi tal-majjal se jkollhom jgħalqu, sostna Edwin Vassallo, li kompla li anki n-naħla Maltija hi mhedda.
//= $special ?>