Internazzjonali

ILLEJLA: Vot ta’ sfiduċja f’Theresa May

Il-vot fil-Commons se jittieħed fit-8pm ħin ta' Malta

Il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim ta’ Brexit, hekk kif id-deal ta’ Theresa May ġie miċħud b’230 vot. Kienu b’kollox 432 id-deputati li vvutaw kontra .

Din hi disfatta għall-Prim Ministru Ingliż, li issa qed tgħid illi trid tippreżenta pjan ġdid dwar Brexit.

Immedjatament, il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn talab vot ta’ sfiduċja f’May.

Il-vot se jkun diskuss illum wara nofsinhar f’sitt sigħat ta’ dibattitu.