F’xi ħin wara t-8 ta’ filgħaxija, ajruplan tar-Ryanair, li kien ġej minn titjira mill-belt Taljana ta’ Bari, kien involut f’ħabta ma’ ajruplan ieħor fuq it-taxiway tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqt li kien dieħel fl-apron.
L-ajurplan l-ieħor in kwistjoni, tal-linja nazzjonali tat-Turkija, Turkish Airlines, kien ħiereġ biex itir lejn Istanbul meta dawn laqtu l-ġewnaħ ta’ xulxin.
Din il-ħabta kkawżat dewmien fit-titjiriet tal-Air Malta KM2702 u tat-Turkish Airlines TK1372, li kienu mlaqqa’ b’titjira waħda operata permezz t’ ajurplan tal-linja nazzjonali tal-ajru Torka, biex b’hekk tiġi stabbilità l-gravità tal-ħsarat.
Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit, fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
//= $special ?>