Internazzjonali

Il-Prinċep Philip “qawwi u sħiħ” wara inċident bil-karozza

Il-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, kien involut f’inċident bil-karozza iżda kelliema għall-Palazz ta’ Buckingham, f’Londra, qalu li hu jinsab qawwi u sħiħ.

L-inċident seħħ qrib ir-residenza ta’ Sandringham, tar-Reġina Eliżabetta, f’Norfolk, bil-pulizija tikkonferma li kien hemm involuat ‘vettura oħra’.

Id-Duka, li għandu 97 sena, kien qed isuq karozza range-rover u kien ħiereġ minn driveway għal ġot-triq prinċipali meta seħħet il-ħabta. Jidher li l-karozza tad-Duka nqalbet, bin-nies, imbagħad, jgħinuh joħroġ minnha fejn deher ‘ixxukkjat għall-aħħar’.

Żewġ persuni li kienu fil-karozza l-oħra spiċċaw trattati għal xi ġrieħi ħfief.