Lokali

L-istudenti tal-MCAST għadhom qed jistennew dak li hu tagħhom

Wara li fl-aħħar jiem l-MCAST ikkonferma li għad hemm numru ta’ studenti li għadhom m’humiex jieħdu stipendju, kważi erba’ xhur wara l-bidu tas-sena skolastika, dawn l-istess studenti ghadhom ma jafux jekk humiex eliġibbli għall-istipendju.

Sadattant, iktar studenti għadhom fil-għama minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u issa qed jinghad li dawn l-istudenti se jirċievu l-istipdenju fit-28 ta’ Jannar.

Is-sitwazzjoni f’dan il-kulleġġ mhix waħda feliċi lanqas għal-letturi, tant li bħalissa għaddejjin b’direttivi tal-MUT.  Direttivi li ngħatawlhom fi sforz li ssir pressjoni sabiex is-sitwazzjoni tagħhom titjieb, direttivi li qed jaffettwaw ukoll b’mod negattiv lill-istudenti.

Informazzjoni li waslet għand Net News minn staff fi ħdan l-istess kulleġġ tgħid li hemm għalliema li għandhom jieħdu eluf ta’ ewro f’arrettrati. Sitwazzjoni, li qed toħloq ħafna problemi lill-istess għalliema li jinkludu problemi mal-banek u problemi meta jiġu biex jieħdu self.

Waqt li l-istudenti u l-letturi issa ilhom xhur jitħabtu u jitkarrbu għal dak li hu dritt tagħhom, l-amministrazzjoni – dejjem skont l-ghalliema li tkellmu magħna – ma sabet l-ebda problemi biex taħtar 6 persuni bħala Deputy Principals ġodda minflok it-tnejn li kien hemm.