Il-Ministru Franċiż tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, Jean-Yves Le Drian, li jinsab Malta għal-laqgha tal-5+5 tal-pajjiżi tal-Punent tal-Mediterran, ma jeskludix li l-Unjoni Ewropea timposta sanzjonijiet lill-pajjiżi minn fejn jiġu ttraffikati l-persuni lejn l-Ewropa.
Huwa kien mistoqsi minn In-Nazzjon waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis filgħaxija meta kien qed jelenka it-3 prinċipji addottati mill-istati membri tal-UE f’summit f’Ġunju li għadda b’rabta mal-immigrazzjoni:
“L-ewwel prinċipji jikkonċerna r-reinforzi tas-sigurtà fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea. It-tieni prinċipju kien it-tmexxija globali ta’ dawk li jfittxu l-ażil, fejn l-Unjoni Ewropea tidentifika dawk li verament jeħtieġu l-għajnuna u tibgħat lura lil dawk li ma jistħoqqilhomx l-ażil. It-tielet prinċipji jisħaq li tiġi stabbilita relazzjoni mill-viċin mal-pajjiżi minn fejn jiġu joriginaw l-immigranti u dawk ta’ trażizzjoni sabiex jitwaqqaf it-traffikkar tal-bnedmin, anki jekk jiġu imposti fuqhom is-sanzjonijiet.”
Il-Ministru Franċiż se jara li dan jiġi konkluż konkretament qabel ma jintemm il-mandat tal-Kummissjoni Ewropea f’Mejju li ġej filwaqt li jieħdu kont ċertu azzjonijiet ta’ NGOs li joperaw fil-Mediterran.
Mistoqsi dwar kif Franza se tilqa’ għal kwalunkwe xenarju b’rabta ma’ Brexit, partikolarment minħabba l-baħar territorjali mal-Ingilterra u l-konnettività bil-mina minn Calais, il-Ministru Franċiż qal li Franza se tassumi r-responsabbiltajiet tagħha jekk ir-Renju Unit toħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr qbil:
“Neħtieġu nkunu lesti għall-konsegwenzi u se jkun hemm konsegwenzi b’rabta mat-trasport, kummerċ u d-drittijiet taċ-ċittadini. Għalhekk, il-Ħamis, il-Parlament Franċiż daħħal liġi li permezz tagħhom, il-Gvern jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jittieħdu deċiżjonijiet li bihom jitrattaw ir-Renju Unit bħala tielet pajjiż, għaliex fil-fatt se tkun tali pajjiż.”
Għalhekk jeħtieġ li r-Renju Unit tagħti stampa ċara lill-Unjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun dwar kif se tipproċedi. Huwa xejjen kwalunkwe possibiltà li jinħoloq preċedent biex il-ftehim tal-Brexit jerġa’ jiġi nnegozjat għaliex dan ġie maqbul unanimament mill-kumplament tas-27 stat membru.
//= $special ?>