Mara ta’ 56 sena residenti l-Kalkara, l-bieraħ għall-ħabta tas-6.30pm, sfat milquta minn vettura fi Triq in=-Nevew, Żabbar.
L-inċident seħħ meta mara ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar kienet qed tipparkja l-vettura tagħha fl-istess triq. Jidher li għal xi raġuni hi u tagħmel dan laqtet lill mara l-oħra.
Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post biex jagħmlu stħarriġ dwar il-każ.
Fuq il-post issejjħet ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura għall-ġrieħi li soffriet. Jidher li fl-inċidient il-mara soffriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

