Lokali

Tmut in-nanna Melleħija maħbuba minn kulħadd

Konna intervistajniha fis-Sajf meta għalqet 100 sena

Dalgħodu tħabbar illi l-Mellieħa tilfet lil Maria Cauchi – anzjana mill-Mellieħa li fis-Sajf li għadda ċċelebrat għeluq il-100 sena tagħha.

Maria kellha familja kompletament Melliħija, huma kellhom 7 itfal, li sfortunatament minnhom mietu 2. Għalhekk minn dawn il-5 itfal għandha 9 neputijiet u 7 pro-neputijiet.

Meta għalqet 100 sena, Net News kien iltaqa’ ma’ Maria u l-familja tagħha fejn hi kienet kellmitna dwar it-tisjir għal uliedha, il-fenek li kienet tagħmel, minestri jew stuffat. Peress li l-inħawi ta’ wara l-Knisja tal-Mellieħa kien kollu xagħri, il-familja Cauchi kienet trabbi t-tiġieġ u l-papri biswit id-dar – u Maria kienet mara li kien kważi jafha kulħadd f’dan il-villaġġ.

Dan hu l-filmat li xandarna s-Sajf li għadda