Il-klabb tal-Premier Ingliż Tottenham Hotspur kiseb l-approvazzjoni ta’ kunsill biex iżid il-kapaċità għall-partitarji li jattendu għal-logħob tagħhom f’Wembley Stadium.
Ir-rappreżentanti tal-Brent Council qablu dwar limitu ta’ 62,000 partitarju għal ħames impenji ta’ Spurs fil-kampjonat Ingliż waqt li se tkun permessa l-kapaċità massima ta’ 90,000 partitarju għal kwalunkwe logħob addizzjonali tal-klabb fiċ-Champions League.
Intant, l-attendenza tal-partitarji għal-logħbiet ‘home’ ta’ Tottenham kontra Watford, Newcastle United u Leicester City fil-Premier League se tibqa’ iffissata mal-51,000.
Il-klabb ta’ Tottenham kien ħabbar, fil-bidu tas-sena, li s-stadium ġdid tiegħu mhux se jkun lest qabel, almenu, Marzu li ħej — biċ-chairman tal-klabb, Daniel Levy, isostni li l-partitarji għandhom ikunu ‘aġġornati mas-sitwazzjoni’ lejn l-aħħar tax-xahar.
Il-ħsieb oriġinali kien biex Tottenham jirrelokaw għas-stadium ġdid f’Settembru li għadda, iżda l-proġett waqa’ lura minħabba l-intoppi fil-kostruzzjoni.
Is-stadium ġdid għandu kapaċità għal 62,062 u jinsab fis-sit tad-‘dar l-antika’ ta’ Tottenham f’White Hart Lane.
//= $special ?>