Persuna jew persuni mhux magħrufa minn postijiet differenti madwar l-Ewropa llum provaw jidħlu fil-profil tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fuq Twitter.
Immedjatament il-persuni responsabbli mill-paġni tal-mezzi soċjali tal-Kap tal-partit ħadu l-passi kollha meħtieġ sabiex jissalvagwardja l-profili li fuqhom kien se jsir dan it-tentattiv.
Fi stqarrija, il-PN qal illi dan huwa każ ieħor li jingħaqad mas-sensiela ta’ attakki li qegħdin isiru fuq Adrian Delia. “Huwa ċar li dawn huma attakki kkordinati u malizzjużi li qed isiru kontra Adrian Delia u kontra l-partit”.
Dan it-tentattiv biex jidħlu fl-account ta’ Twitter ta’ Adrian Delia kien se jitwettaq fi żmien meta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qed jitkellem b’vuċi soda kif il-Gvern irid jagħti art pubblika bix-xejn għall-ispekulazzjoni u l-bini, u dwar l-aħħar żviluppi fil-każ tal-bejgħ tat-tliet sptarijiet.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jinsab determinat bis-sħiħ li jibqa’ jkun il-vuċi tal-poplu u jiddefendi l-interessi tan-nies.
Minn informazzjoni li kiseb Net News jirrizulta li dan it-tentattiv m’ghandu x’jaqsam xejn mas-cyberattack li sar ricentament fuq Shift News.
//= $special ?>