Lokali

Żagħżugħ ieħor jitressaq il-Qorti fuq droga wara r-rejd fil-Marsa

Josef D’Amato ta’ 24 sena mill-Marsa tressaq quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mixli bi traffikar ta’ droga. D’Amato kien ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, nhar il-Ħadd li għadda ware rejd li kien sar fil-Marsa. Żagħażugħ ieħor mill-Ħamrun diġa tressaq il-Qorti din il-ġimgħa fuq akkuħi simili.

L-Ispettur Mark Anthony Mercieca xela lil D’Amato li fit-13 ta’ Jannar li għadda u anke matul ix-xhuid ta’ qabel forna d-droga kokaina, eroina u li anke biegħ jew ittraffika l-pjanta kannabis. Ir-rejd kien sar filgħaxija fi Triq it-Tiġrija ġewwa l-Marsa.

Huwa ġie mixli wkoll li kellu fil-pusses tiegħu d-droga kokaina f’ċirkostanzi li juri li din ma kienitx għal użu esklussiv tiegħu. Huwa ġie mixli wkoll b’pusses tad-droga kannabis u eroina u li
naqas milli jħares xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati, b’digriet mghoti mill- Magistrat Claire Stafrace Zammit li permezz tiegħu huwa ngħata il-ħelsien minn l-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jikkommettix reat ieħor u li jiffirma gewwa l-ghassa tal-Marsa. D’Amato li għalih deher l-Avukat Alfred Abela baqa’ miżmum fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.