Waqt li l-Erbgħa kienet għaddejja laqgħa tal-Kumitat Ornis, BirdLife Malta rċeviet informazzjoni li dak il-ħin stess ’il barra mill-kosta tal-Grigal ta’ Malta kien għaddej massakru ta’ Kuluverti tas-Salib (Common Shelducks) b’numru ta’kaċċaturi qed jisparaw fuq qatgħa minn dawn l-għasafar protetti minn fuq il-baħar.
BirdLife Malta infurmat mill-ewwel lit-taqsima tal-Administrative Law Enforcement (ALE) tal-Korp tal-Pulizija u lill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) waqt li dak il-ħin stess kienu qed jinġabru ritratti u filmati ta’ dak li kien għaddej. L-istħarriġ dwar dan ilkaż ta’ kaċċa illegali għadu għaddej minkejja li l-fatt li l-ALE ma kinitx kapaċi tibgħat dgħajsa fuq il-post wassal biex dawk responsabbli rnexxielhom jaħarbu.
B’xorti tajba s-sid tad-dgħajsa involuta f’dan il-każ ġie identifikat, għalkemm għadu mhux ċar jekk l-ALE għandhiex biżżejjed evidenza biex tressqu l-qorti f’dan l-istadju. B’kollox ġew osservati aktar minn 10 Kuluverti tas-Salib qed jinqatlu fuq il-baħar minn qatgħa ta’ 23.
Fid-dawl ta’ dan, dak il-ħin stess BirdLife Malta talbet lill-Kumitat Ornis biex japprova mozzjoni li tirrakkomanda l-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa minn fuq ilbaħar. Dan sar minħabba li jidher ċar min-numru ta’ għasafar tal-baħar feruti li ġew osservati matul l-aħħar xahrejn – inkluż fl-inċident tal-bieraħ – li m’hemmx kontroll fuq il-kaċċa illegali mill-baħar. L-iskop tal-liġijiet Maltin għall-ħarsien talgħasafar huwa li jipproteġu lill-għasafar u f’każ li l-liġi jew l-istat ma jkollhomx biżżejjed riżorsi biex jikkontrollaw l-illegalitajiet, allura l-Ministru, kif ġara diġà flimgħoddi, mhux biss għandu d-dritt imma anke l-obbligu li jwaqqaf l-istaġun.
Meta dan ġara fil-passat, il-messaġġ ta’ tolleranza zero kien ċar u l-illegalitajiet naqsu, għalkemm sfortunatament is-sena li għaddiet (2018) kienet l-agħar sena fl-aħħar sitt snin f’dak li għandu x’jaqsam mal-qtil illegali ta’ tajr protett.
Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) ippruvat tmewwet lillegalità u lanqas kellha d-diċenza li tikkundannaha, waqt li stqarret li l-għeluq tal-istaġun tal-kaċċa minn fuq il-baħar ikun jammonta għal “kastig kollettiv”. Il-proposta ta’ BirdLife Malta naturalment m’għaddietx, bil-voti kontra min-naħa tal-federazzjoni tal-kaċċaturi u tat-tliet rappreżentanti tal-gvern kif ukoll blastensjonijiet tar-rappreżentant tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u taċChairman tal-Ornis.
BirdLife Malta tfakkar lill-Gvern li minkejja l-eżitu tal-vot li ttieħed ilbieraħ, iddrittijiet u l-obbligi tiegħu jibqgħu hemm u li d-dikjarazzjonijiet ta’ tolleranza zero għad irridu narawhom jiġu tradotti f’azzjoni. Fid-dawl ta’ dan, BirdLife Malta terġa’ tappella lill-Gvern biex jieħu azzjoni u juri bil-fatti li mhux lest jittollera illegalitajiet rampanti bħal dawn billi jagħlaq l-istaġun. Tfakkar ukoll lill-Gvern li lmaġġoranza tal-poplu Malti jimpurtaha mill-ambjent u li l-uniku kastig kollettiv f’Malta huwa dak fil-konfront tas-soċjetà tagħna li qed tiġi mċaħħda mit-tgawdija tal-kampanja u mis-sbuħija tal-passa tal-għasafar kaġun tal-kaċċa illegali bla kontroll li qed isseħħ.
//= $special ?>