Matul din il-ġimgħa fl-Isptar Mater dei ġew rappurtati numru ta’ każi ta’ Swine Flu li hija tip ta’ influwenza teknikament magħrufa bħala H1N1. Net News ilu jiem sħaħ isegwi s-sitwazzjoni f’Mater Dei, liema sitwazzjoni issa qed tkompli tikkomplika ruħha b’numru ta’ pazjenti li jridu jitpoġġew separati minn oħrajn minħabba l-iswine flu.
It-Times qed tirrapporta li lbieraħ biss feġġew 15-il każ ġdid ta’ swine flu fl-Isptar Mater Dei.
Fir-Residenza San Vinċenz kien hemm ukoll 18-il każ ieħor – sitwazzjoni li kien żvela Net News aktar kmieni dan ix-xahar.
Wara ġimgħa sħiħa fil-muta, kien biss illum illi l-Gvern ħareġ stqarrija dwar is-sitwazzjoni kritika fl-isptarijiet. Il-Ministeru tas-Saħħa fil-fatt ikkonferma li hemm każi ta’ nies li għandhom l-H1N1.
Jidher illi l-akbar tħassib bħalissa mhuwiex l-ispazju fl-isptarijiet iżda n-nuqqas ta’ sodod. Fil-fatt, tobba u infermieri li tkellmu magħna qalulna li qed jispiċċaw ipoġġu lill-pazjenti fuq strechers għal jiem sħaħ.
Anke fl-Emerġenza, din il-ġimgħa kienet waħda li tefgħet pressjoni kbira fuq l-istaff li qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jibqgħu joffru l-aqwa servizz lil dawk li jiġu bżonn l-Isptar Mater Dei.
//= $special ?>