Il-kowċ Josè Mourinho afferma li għadu kapaċi jkun fl-ogħla livell tal-futbol u insista li għadu żgħir biex jirtira, f’dehra li kellu l-Ħamis filgħaxija fuq BeIN Sports. Mourinho spiċċa minn manager ta’ Manchester United xahar ilu, u minn dakinhar bdiet spekulazzjoni min jista’ jkun il-klabb li jmiss għalih.
Fl-intervista li kellu, Mourinho sostna li jikkunsidra li t-tieni post miksub ma’ Manchester United bħala waħda mill-akbar kisbiet fil-karriera tiegħu. Mourinho qal li r-raġuni għaliex aċċetta li jattendi għal din l-intervista u għalfejn mhux mistenni li jkun kowċ immedjatament, hu li jkun jaf dak li sejjaħ il-futbol il-ġdid aħjar u jifhem aktar x’ikun għaddej wara l-kameras.
Il-Portugiż li jagħlaq 56 sena dan ix-xahar, iddefenda għal min jgħid li l-futbol tiegħu hu negattiv fejn għamel referenza għas-suċċessi tiegħu. Hu tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ struttura tajba fi klabb u tenna li l-ebda plejer mhu akbar mill-klabb.
//= $special ?>