Kunsilli Lokali Lokali

Il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija

Għas-17-il sena konsekuttiva, il-Ħadd ser jiġi organizzat il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija.

L-attività li ser tiġi organizzata fis-Sala Kappella Tal-Mirakli u Ġnien tal-Mirakli mtella’ mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija. Fost oħrajn ser ikun hemm bejgħ ta’ frott, ikel lokali kif ukoll Internazzjonali; fosthom faqqiegħ, avocados u papajjas.

Is-Sindku tal-lokal Magda Magri Naudi qaltilna li l-attività mhux se tkun biss fis-Sala tal-Kappella u l-Ġnien iżda wkoll fil-mitħna li tinsab fil-viċinanzi, fejn fiha se ssir wirja tal-arti u se tkun għaddejja ħidma ta’ snajja.

Apparti l-ikel ser ikun hemm divertiment kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar b’logħob għaz-zgħar u varjetà ta’ mużika allegruża u kif ukoll se jipparteċipa l-kor ta’ Ħal Lija.

L-attività se tibda fl-10am u tibqa’ għaddejja sas-6pm.