Il-Eurostat ikkonfermat kif il-proprjetà f’pajjiżna żiedet fil-prezz bi 3.1% fit-tielet kwarti tas-sena 2018. Dan meta mqabbel mat-tliet xhur ta’ qabel. Din iż-żieda f’pajjiżna tagħmel lil Malta bħala l-pajjiż li għandu t-tieni l-ogħla żieda fl-UE fit-tielet kwart tas-sena.
Il-Eurostat ikkalkulat li l-indiċi tal-prezz ta’ kull dar ogħla b’1.6% fil-pajjiżi li jħaddnu l-ewro bħala l-munita tagħhom, u żieda ta’ 1.5% fl-UE fit-tielet kwart tal-2018, meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2018.
F’Malta kważi waħda minn kull ħamest idjar tinsab vojta, u l-Gvern hu s-sid ta’ ħafna minn dawn il-propjetajiet. Madankollu, l-Gvern stess ma jafx x’għandu f’idejh.
Fi studju li sar mill-ekonomista Dario Cacopardo intqal li fi kwalunkwe ekonomija, is-suq tal-propjetà huwa ċ-ċentru tal-ekonomija u għaldaqstant huwa importanti ħafna li l-pajjiż ikollu data aġġornata dwar il-propjetà fil-pajjiż. Fil-fatt l-aħħar data li ġabar il-Gvern dwar il-propjetà tmur lura għall-2011. Dan ifisser li f’7 snin taħt Gvern Laburista ma sar l-ebda eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni.
//= $special ?>