Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar fi stqarrija kkundanna bil-qawwa kollha lil Transport Malta u l-awtorjitajiet li mingħajr ma ġiethom id-diċenza li jinfurmaw lill-Kunsill, qabdu u ħadu deċiżjoni fuq triq taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill biex tkun installata speed camera.
“Din mhix l-ewwel darba li Transport Malta qabdet u ħadet deċiżjoni bla ebda konsultazzjoni mal-Kunsill. Għalhekk il-Kunsill jappella lill-Gvern Ċentrali biex jieħu kull miżura possibbli ħalli l-enitajiet ma jiħdux deċiżjonijiet fil-lokalitajiet jekk mhux bi qbil mal-Kunsill”.
Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar innota b’sodisfazzjoni li tabelli tneħħew u għalhekk qed jittama li din id-deċiżjoni ta’ Transport Malta ġiet revokata.
//= $special ?>