Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Jinsterqu mat-800 miljun email li sabu ruħhom f’Collection#I

Għandhom aċċess għal 21 miljun password

Qed tissejjaħ Collection#I u skont ħafna esperti tista’ tkun l-akbar arkivju fl-istorja ta’ emails u passwords misruqa.

Id-database hija waħda enormi, u tidher fil-forma ta’ direttorju elettroniku li tiġbor fiha mat-800 miljun email u 21 miljun password.

Dan id-direttorju kien tpoġġa’ fuq forum tal-hackers numru ta’ jiem ilu. Iżda issa tneħħa.

Esperti qed jgħidu li dawn huma passwords antiki, għax ħafna mid-data tmur lura 3 snin. Għalkemm xorta hemm tħassib marbut ma’ dan il-leak.