Dalgħodu għall-ħabta tas-sitta, raġel sofra minn ġrieħi serji wara li kien involut f’inċident fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq.
Minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija rriżulta li raġel ta’ 63 sena minn Marsascala ntlaqat minn vettura tal-għamla Ford Transit misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gudja, waqt li kien qiegħed jaqsam it-triq.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>