Futbol Lokali Sport

Ritratti: Adrian Delia f’laqgħa mar-referees fid-Dar Ċentrali

Uffiċjali mill-Malta Football Referees Association (MFRA) iltaqgħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Adrian Delia fid-Dar Ċentrali.

L-MFRA għamlet din il-viżita fl-okkażjoni tal-għeluq tas-70 sena mit-twaqqif tagħha.

B’passat involut sew fix-xena tal-isport, tul din il-laqgħa Adrian Delia tkellem fost l-oħrajn fuq il-passjoni tal-ħafna għall-isport, speċjalment għall-futbol. Huwa wkoll wera l-apprezzament tiegħu għar-referees, li kontinwament jagħmlu ħilithom biex jagħtu kontribut għal din il-logħba.

Alexei Tabone, President tal-MFRA, mexxa d-delegazzjoni tal-MFRA, fejn fost l-oħrajn elenka s-sagrifiċċju tar-referess, li jqatgħu ħafna ħin fil-ġimgħa jaħdmu biex jagħtu servizz. Huwa ħeġġeġ lill-MFA biex ikomplu jaħdmu flimkien biex l-irwol tar-referees ikompli jissaħħaħ.

Preżenti għal din il-laqgħa flimkien ma’ Adrian Delia kien hemm il-Viċi Kap tal-PN David Agius.