Sport Sport Ieħor

Trump jelimina lil Selby u jgħaddi għas-semifinali tal-Masters

(Ritratt: PA Sport)

Judd Trump elimina lis-sid numru wieħed Mark Selby biex għadda għas-semifinali tal-Masters b’rebħa ta’ 6-2. Il-bidu tal-logħba kien karatterizzat minn ħafna tattika li wasslet biex it-tnejn li huma ma setgħux jibnu breaks kbar.

Infatti l-ewwel żewġ frames ħadu 46 minuta u 23 minuta rispettivament, iżda Trump beda jsib il-forma u wara li għamel break ta’ 101 rebaħ il-ħames frame biex 4-1 minn fuq. Selby naqqas id-distakk bi break ta’ 110 u fit-tmien logħba reġa’ kien minn fuq sakemm falla boċċa ħamra, b’Trump jikkontrolla l-mejda għal darba oħra.

In-numru wieħed tad-dinja deher li kellu l-opportunità li jirbaħ il-frame meta għamel il-boċċa l-kannella iżda poġġa lilu nnifsu f’pożizzjoni skomda għall-boċċa l-blu u spiċċa b’fawl, b’Trump jagħlaq il-logħba. Fis-semifinali jilgħab kontra r-rebbieħ bejn Barry Hawkins u Neil Robertson.

Tags