Ħadd ma weġġa’ meta fis-satra tal-lejl li għadda, vettura tat-tip Mercedes E Class inqerdet wara li nħakmet minn nar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-02:45 fi Triq Doni, bil-Pulizija jkunu l-ewwel fil-post u jirnexxielhom jikkontrollaw in-nar. Fortunatament, l-intervent f’waqtu tal-Pulizija evita li n-nar jinxtered fuq vetturi fil-qrib.
Iktar tard fil-post waslu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li żguraw li ma kienx għad hemm periklu.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li ħatret diversi esperti biex jassistuha.
Ritratt: Frank O’neill
//= $special ?>