Anzjan ta’ 82 sena minn Ħal Balzan ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra minn xokk wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, li seħħ għall-ħabta tas-2pm f’Ħ’Attard.
Dak il-ħin, l-anzjan kien qed isuq il-karozza tiegħu, tat-tip Peugeot, minn Triq l-Imdina. Dak il-ħin, għal xi raġuni, il-karozza tal-anzjan qabdet is-central strip u qasmet għal fuq il-karreġġjata opposta.
Inzerta li mill-faċċata kienet għaddejja vettura oħra, tat-tip Toyota, misjuqa minn raġel ta’ 66 sena mill-Imqabba.
L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li sofa minn xokk. Min-naħa l-oħra, ix-xufier l-ieħor ma sofra feriti, ir-raġel ingħata l-kura fil-Poliklinika.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>