Internazzjonali

Għexieren mejta fil-Messiku wara splużjoni f’pipeline taż-żejt

Tal-anqas 21 persuna mietu u iktar minn 70 indarbu fiċ-ċentru tal-Messiku madwar 60 mil bogħod minn Mexico City, fejn seħħet splużjoni f’pajplajn taż-żejt. L-isplużjoni kkawżat nirien enormi fiz-zona.

Mat-300 ruħ ġrew biex jippruvaw jisirqu ż-żejt li kien ħiereġ minn bir illeagli, b’egħxieren ta’ nies jinħarqu fuq il-post.

Jidher li l-isplużjoni seħħet kien kawża ta’ tħaffir minn xi ħallelin li kienu qed iħaffru bir illegali sabiex jisirqu ż-żejt.

Vidjo meħud qabel ma seħħet l-isplużjoni juri żejt ifur fl-arja u nies jiġru lejh bil-bramel biex jilqgħuh. Ftit waraw jinstema’ twerżiq hekk kif nirien sparaw ‘il fuq minn ġoż-żejt.

Il-President Messikan Andres Manuel Lopez Obrador s-sena l-oħra nefaq mat-2.3 biljun ewro fi sforz li jikkontrolla s-serq ta’ fuel li kull ma jmur qed jiżdied.